|
IL-HAJJA
TA’ SAN DUMINKU TA’ GUZMAN
Xandar tal-Mulej
F’din
il-pagna ser tibda sensiela ta’ artikli dwar
il-hajja ta’ Missierna San Duminku miktuba
mis-sur Tony Polidano (Kaxxier tas-Socjeta’).
L-iskop ta’ dawn l-artikli hu biex il-membri
u qarrejja ta’ dan is-sit ikunu jafu aktar
fuq dan il-Qaddis Kbir.Ta’ min iffakkar li
l-Banda kienet twaqqfet propju biex tkabbar il-festa’
ta’ dan il-Qaddis

1.
Tfegg Kewkba
Fic-centru
tat-tramuntana ta’ Spanja, fil-pjanura ta’
Kastija l-antika, insibu r-rahal ta’ Caleruega,
jew ahjar, Kalaroga. Huwa rahal kbir, arjuz, imdawwar
bil-gholjiet. Kien dan ir-rahal li fis-seklu tnax,
assista ghat-twellid ta’ wiehed mill-persunaggi
l-aktar maghrufa u meqjuma fl-istorja tal-Knisja:
Duminku ta’ Guzman.
Fl-Ewropa
tas-Seklu tnax kont tista’ facilment taqsam
in-nies f’zewg kategoriji; in-nobbli, li kienu
jirtu l-artijiet (ma’ dawn kien jinghadd ukoll
il-kleru), u l-haddiema, li kienu jghixu billi jaqdu
lil ta’ l-ewwel.
Fi Spanja
ta’ dak iz-zmien, l-aktar familji ghonja kienu
l-Lara, Guzman, Aza di Villamyor, Roa, Sarmiento,
u l-membri ta’ l-Ordni ta’ San Gakbu.
Kien sewwesew minn tnejn minn dawn il-familji ghonja
li twieled il-fqir San Duminku. Missieru, Felic,
kien mill-familja ta’ Guzman, ommu Govanna,
kienet mill-familja ta’ Aza.
Meta
qed nghidu li Felic u Govanna kienu ta’ nisel
nobbli, ma rridux infissru li kienu marbutin mal-gid
tad-dinja. L-istoriku Rodrigo di Cerrato jikteb
hekk fuq il-genituri ta’ San Duminku:
“Missieru
kien meqjum hafna min-nies ta’ madwaru. Ommu
kienet virtuza, modesta, prudenti, u kienet hanina
hafna specjalment mal-foqra”.
Ftit
li xejn nafu fuq Felic. Pietro Ferrand isemmi l-edukazzjoni
tajba li kellu, u l-mod kif gharaf jghaddiha lil
uliedu flimkien ma’ l-ispiritwalita’
tieghu. Nafu wkoll li kien ihenn hafna ghall-foqra.
Govanna kienet mara qaddisa, tghin u taqdi lil kulhadd.
Kienet spiritwali hafna, u qdusitha ghaddietha ‘I
uliedha.
Duminku
kellu zewg hutu ohra, Antonio, li kien ukoll sacerdot
u Mames, li haddan l-Ordni li aktar tard ifforma
huh Duminku. Mames huwa maghruf hafna ghal qdusitu,
u ghall-mod mill-ahjar kif ghex ta’ predikatur.
Dam jghix hafna wara li miet huh Duminku, kien ghadu
haj meta, fl-1234, Duminku gie kkanonizzat. Il-Papa
Girgor XVI iddikjarah beatu, bl-isem ta’ Mannes
fl-1833.
Duminku
twieled ghall-habta ta’ l-1171. kien it-tielet
iben ta’ Govanna d’Aza. Fit-twelid tieghu
jissemmew hafna leggendi. Fost dawn insemmu l-holma
ta’ Govanna, li rat kelb idawwal id-dinja
b’torca f’halqu. Jinghad ukoll li waqt
il-maghmudija dehret kewkba fuq gbinu, bhala ghelm
tad-dawl li kellu jxerred mad-dinja. Suor Cecilia
(li ghexet f’dak iz-zmien) tghidilna li meta
haduh fil-knisja ta’ San Sebastjan biex jitghammed,
dija qawwija bdiet hierga minnu. Izda l-aktar li
jinteressana hu l-fatt li twieled tifel li, aktar
tard dawwal tabilhaqq id-dinja. It-tifel gie msemmi
Duminku, ghal San Duminku ta’ Silos. Bil-latin
“Dominicus”, tfisser “il-bniedem
ta’ Alla”.
It-tifel
beda jikber, u ta’ sitt snin gie mibghut ghand
zijuh, li kien arcipriet biex jircievi edukazzjoni
religjuza tajba minghandu. Dan ghamel li seta’
biex lin-neputi jtellghu ta’ nisrani tajjeb.
Kien ghadu ckejken Duminku meta wera xewqtu li jsir
sacerdot. Ghalhekk zijuh haseb biex jibaghtu jistudja
fl-iskola ta’ l-istess knisja arcipretali.
F’din l-iskola, jew ahjar seminarju, wiehed
seta’ jitghallem jaqra u jistudja l-latin,
b’mod li jkun kapaci jitkellem fil-knisja
b’lehen gholi u car, jitghallem kif jaqra
u jkanta s-salmi, jaqra l-Evangelju u hwejjeg ohra
mehtiega ghas-sacerdoti ta’ dak iz-zmien.
l-aktar
hwejjeg li kien ihobb kienu l-kant ta’ Ufficcju
Divin u l-Quddiesa. Kien ihossu xxurtjat li ta’
eta hekk ckejkna kien diga jiehu sehem fil-liturgija
mqaddsa. Jinghad ukoll li tant kien ihossu mqanqal
waqt il-Quddiesa, li kien johroglu d-dmugh.
________________________________
PATRI
GWANN FRENDO
Habib tas-Socjeta
Il-Bord
Editorjali
Il-Bidu tas-sena l-gdida 2003, bdiet b’hasda.
Smajna l-ahbar xejn sabiha li Patri Gwann Frendo,
Dumnikan, habib kbir tas-Socjeta’ u l-banda
Cittadina “King’s Own” kien miet
waqt il-missjoni tieghu f’Durres l-Albanija.
Patri
Gwann kien bniedem dhuli, dejjem b’dik it-tbissima
fuq wiccu.
Patri
Gwann halliena. Izda t-tifkiriet tieghu li huma
tant sbieh jibqghu f’qalbna. Kien jiehu pjacir
jitkellem maghna, il-membri tal-Kumitat meta jkollna
xi okkazjoni fil-Kazin. Niftakar li darba minnhom
f’lejliet il-festa waqt li l-Banda kienet
waslet quddiem il-Palazz biex taghti s-salut taghha
lill-President ta’ Malta, u l-Kumitat kien
mistieden, il-President stess stieden lil Patri
Gwann biex ikun mal-Kumitat tal-“King’s
Own” meta jitilghu l-palazz.
Ir-rabta
ta’ hbiberija ma’ Patri Gwann u l-Kumitat
kienet xi haga li mhux facli thollha, ta’
min jghid li l-ispejjez tal-vjagg bejn Malta u l-Albanija
biex mar ghall-missjoni tieghu kien thallas mis-Socjeta’
taghna.
Il-Kumitat
jixtieq jaghti l-kondoljanzi lil huh Patri Gorg,
li wkoll ghandu konnessjoni maghna, ghax meta kien
Provincjali kien President Onorarju tas-Socjeta’
u lill-qrabatu kollha kif ukoll lill-familja Dumnikana
li tilfet wiehed min uliedha.

L-ex President ta’ Malta E.T.
Dr. Ugo Mifsud Bonnici u l-Kumitat tas-Socjeta’
Filarmonika u l-Banda Cittadina “King’s
Own” flimkien ma’ Patri Gwann fil-Palazz
tal-President
_____________________________________
Ix-Xahar
ta’ Novembru u l-Banda
Mill-passat
tas-Socjeta’
Minn
Vincent Zammit B.A. (Med Studies)
F’dawn
l-ahhar snin kien qieghed jigi organizzat il-Kuncert
tax-xahar ta’ Novembru. Dan il-kuncert wiehed
jista’jghid li issa dahal sew fil-kalendarju
tal-Banda taghna kif ukoll ta’ l-istess soci.
Ghalkemm ix-xahar ta’ Novembru ma tantx nistghu
nghidu li huwa wiehed li fih isiru kuncerti, matul
iz-zmien kien hemm okkazjonijiet li fihom kienu
jinghataw kuncerti. F’din il-kitba tieghi
sa nsemmi whud mill-attivitajiet li sehhew matul
dan ix-xahar fi zminijiet ohra.
30
ta’ Novembru 1877
Il-Banda
kienet ilha mwaqqfa ftit taz-zmien. Fit-30 ta’
Novembru 1877 kienet harget l-ahbar li wara li l-Gvernatur
ta’ Malta kien rega’ kkunsidera d-decizjoni
li kien ha qabel, jigifieri li ma jhallix il-baned
tal-Belt idoqqu f’Misrah San Gorg, u rtirha.
Ir-raguni kienet inqalghet minhabba li kienet dahlet
id-drawwa li kull nhar ta’ Hadd kien ikun
hemm wahda mill-baned tal-Belt iddoqqu fil-Misrah.
Izda sfortunatament kien qied jinqala’ xi
inkwiet u ghalhekk ittiehdet id-decizjoni li dawn
il-baned ma jithallewx iddoqqu f’dak il-Misrah
partikulari. Wara li s-sitwazzjoni kkalmat, l-istess
Gvernatur hareg il-permess biex mill-gdid il-baned
ikollhom ic-cans li jdoqqu f’Misrah San Gorg.
Naturalment, tpoggiet ukoll il-klawsula li ma jergax
ikun hemm xeni ta’ dizgwid bejn l-istess partitarji.
Festa
ta’ Santa Katerina, iz-Zurrieq
Il-Banda
kienet ta’ spiss tmur iddoqq fil-festa ta’
Santa Katerina li kienet tigi organizzata fix-xahar
ta’ Novembru fiz-Zurrieq. Fost dawn id-drabi,
il-banda kienet marret iddoqq fis-sena 1910. dak
in-nhar jidher li l-banda wara li daret mat-toroq
tar-rahal, talbuha biex ma tkomplix iddoqq. Jidher
li kienu nqalghu xi problemi bejn iz-zewg socjetajiet
taz-Zurrieq, u ghalhekk kien inhass li ahjar jitwaqqaf
l-programm mill-Banda “King’s Own”.
Jum
l-Armistizju
F’dan
ix-xahar kien jahbat ukoll Jum l-Armistizju li kien
jigi ccelebrat biex jitfakkar tmiem l-Ewwel Gwerra
Dinjija. Generalment kienu jsiru xi kuncerti u l-Banda
“King’s Own” hadet sehem kemm-il
darba f’dawn il-Kuncerti. Naraw li kienet
offriet kuncerti pubblici fl-1927, fl-1930 u fi
snin ohra wkoll. Fis-sena 1930 il-banda taht id-direzzjoni
tas-Surmast Doncich daqqet dan il-programm.
1. Innu tal-Papa
2. Sinfonija – Il Guarany (Gomes)
3. Peer Gynt – suite
a. Il-Mattino
b. Morte di Ase
c. Danza d’Antira
d. Il Re delle Montagne – Grieg
4. Fantasija - Andrea Chenier (Giordano)
5. a. adagio sonata patetica (Beethoven)
b. moto perpetuo – Paganini
6. 2da Rhapsodia Lidst
7. God Save the King
Interessanti wkoll li ghas-sena 1928 kien hemm kuncert
li nghata mill-banda ta’ l-aljievi tal-King’s
Own. Il-Kuncert inghata fil-11 tax-xahar, u sar
f’Misrah Regina, taht id-direzzjoni tas-Surmast
G. Fauzza. Il-bcejjec li ndaqqew kienu:
Marcia (Vittoria) Giusti
Overture (Marith) Blotow
Fantasia (La Boheme) Puccini
Intermezzo (Cavalleria) Mascagni
Fantasia (Lucia) Donizetti
Overture (Piter Schmoll) Weber
Spiccaw il-Kuncert billi tkanta u ndaqq l-innu ta’
l-aljievi, li kien akkumpanjat mill-Kor.
Ghalkemm
dawn huma ftit okkazjonijiet li l-banda taghna kienet
hadet sehem fihom, wiehed b’hekk ikun jista’
jkompli jzid mat-taghrif li qieghed jingema’
dwar l-istess storja interessanti tal-Banda “King’s
Own”.
________________________________
ECCELLENZA
90 SENA WARA
Minn Vincent Galea B.Ed(Hons)
‘Chairman’ Kummissjoni Banda
Sewwa sew fil-belt ta’ l-Algier, fl-Algerija,
disghin sena ilu l-Banda Cittadina “King’s
Own” kisbet l-oghla grad li banda qatt tista’
taspira ghalih: dak ta’ ‘Eccellenza’.
Kienet okkazjoni straordinarja u unika li qatt ma
regghet irrepetiet ruhha. L-ewwelnett il-bcejjec
li daqqet il-Banda dak in-nhar, taht id-direzzjoni
stupenda tas-Surmast Aurelio Doncich, gew esegwiti
b’mod impekkabbli. Ta’ dan huma xhieda
l-erba’ diplomi li nghatat il-Banda u li jinsabu
konservati fis-sala Re Dwardu VII fil-Kazin. Kienet
okkazjoni unika wkoll ghax l-Eccellenza nghatat
bi ‘grad A’ b’punti massimi u
l-gurija kienet unanima, haga li qatt ma’
regghet sehhet f’konkorsi internazzjonali
ta’ baned li saru wara. Hawnhekk ghalhekk
hu ta’ min jirringrazzja u jfakkar il-memorja
tas-Surmast, il-bandisti u l-Kumitat ta’ dak
iz-zmien li zgur ghamlu sagrificcji kbar biex il-Banda
tiehu sehem f’dan il-konkors li minnu harget
bl-unuri kollha.
Minn
dak in-nhar ‘il hawn is-surmastrijiet li kellha
l-Banda: Francesco Gobet, Giuseppe Casapinta, Anthony
Aquilina u Carmelo Caruana, dejjem habirku biex
il-Banda tkun denja tal-grad ta’ ‘Eccellenza’
li kienet kisbet. Kull surmast gharaf izewwaq il-kapacitajiet
personali tieghu ma’ dawk tal-Banda biex isem
il-Banda baqa’ dejjem igawdi prestigju mhux
biss fost dawk midhla tal-kazin tal-baned izda fost
il-poplu kollu.
Naturalment
m’ghadniex nghixu fl-1912 u z-zminijiet tbiddlu
wkoll. Fl-1912 il-maggoranza tal-bandisti kienu
mill-belt, partitarji tal-banda u tal-festa ta’
San Duminku. Illum dan m’ghadux hekk, u ma
jistax ikun li jkun hekk minhabba ragunijiet li
jafhom kulhadd. Ghaldaqstant waqt li nzommu dejjem
quddiem ghajnejna l-prestigju tas-Socjeta’,
irridu wkoll naghrfu s-sinjali taz-zminijiet. Is-success
jiddependi minn kemm il-Banda taghraf tibqa’
taggorna ruhha. Waqt li f’dan l-anniversarju
rridu nfakkru l-passat tal-Banda u nkunu kburin
bih, irridu nharsu lejn il-futur, naraw x’hemm
tajjeb biex inkomplu nibnu fuqu, waqt li nirrangaw
dak li fil-gurnata ta’ llum jista’ jkun
ahjar biex b’hekk inkunu nistghu nighdu li
ahna wkoll qed naghtu sehemna b’risq is-success
future tal-Banda Cittadina “King’s Own”.
______________________________________
|