Din is-sena qed infakkru l-250 sena mit-twelid tal-kompozitur celebri Wolfgang Amadeus Mozart. Imwieled f’Salzburg, l-Awstrija fl-1756, Amadeus trabba f’ambjent muzikali mill-aqwa. Ta’ erba’ snin beda jitghallem il-muzika ghand missieru, kompozitur u vjolinist ta’ l-Isqof ta’ Salzburg li kien ukoll il-Princep tal-belt. Barra li beda jdoqq xi strumenti tal-korda ta’ età tenera kien digà beda jikkomponi xi bcejjec. Ta’ sitt snin flimkien ma’ ohtu Marianne, kien jaghti l-kuncerti fi Munich u fi Vjenna. Sakemm kellu disa’ snin kien digà zar Londra, Parigi u bliet ohra juri l-kapacitajiet muzikali mill-aqwa li kellu. Fl-1768, fi Vjenna, kiteb l-ewwel opra tieghu La Finta Semplice wara talba mill-Imperatur Awstrijak. Madankollu l-opra ttellghet s-sena ta’ wara f’ belt twelidu, Salzburg. Ta’ tlettax-il sena Mozart sar Direttur tal-Kuncerti fil-Qorti ta’ l-Isqof ta’ Salzburg. Aktar tard beda jikkomponi ammont kbir ta’ xoghlijiet u zar Milan, Ruma u bliet ohra Taljani.
Mozart ma jistax jitqies bhala xi nnovatur jew riformatur fil-qasam muzikali. Il-vjaggi li ghamel qarrbuh lejn l-istili muzikali differenti ta’ zmienu. Billi hallat dawn l-istili hu rnexxielu johloq stil ghalih, muzika immarkata b’melodija mill-aqwa u li tirrifletti varjeta ta’ emozzjonijiet.
Fl-1772, miet l-Arcisqof ta’ Salzburg u s-successur tieghu ftit kien jimpurtah mill-muzika ta’ Mozart, ghalhekk wara hafna tilwim u polemici, Mozart halla Salzburg u mar fi Vjenna. Ghalkemm beda jircievi diversi kummissjonijiet, Mozart ma rnexxilux jistabbilixxi ruhu mill-ewwel go Vjenna. Hemm iltaqa’ mal-kompozitur anzjan Haydn u t-tnejn saru hbieb mill-aqwa, tant li Mozart iddedikalu sett ta’ sitt kwartetti tal-korda. Fl-1782 izzewweg lil Costance Weber. Biex jaqla’ x’jiekol taha ghat-taghlim tal-muzika, beda jaghti kuncerti hfief u jikkomponi danzi melodjuzi.
Fl-1786 hu kkompona Le Nozze di Figaro waqt li s-sena ta’ wara kiteb kapolavur iehor - Don Giovanni. Fl-1788, l-Imperatur Joseph ll impjegah bhala muzicist fil-palazz tieghu b’salarju ta’ 80 lira fis-sena. Ghalkemm dan kien salarju fenominali ghal dak iz-zmien xorta baqa’ mcappas bid-djun li kien ghamel.
Matul dik is-sena stess f’sitt gimghat ikkompona l-ahhar tliet sinfoniji, is- Sinfonia in C maghrufa bhala Jupiter, is-Sinfonia E Flat u s-Sinfonia in G Minore. Fl-1790 kiteb ukoll l-opra Cosi Fan Tutte. Mozart ikkompona ‘l fuq minn 600 bicca xoghol, dawn gew irrangati f’ordni kronologiku fis-seklu dsatax mill-Awstrijak Ludwig von Kohchel.
Ix-xoghlijiet strumentali tieghu wasslu l-muzika klassika fil-grad ta’ perfezzjoni. Bhala pjanist celebri kkompona diversi xoghlijiet biex hu stess setà jesegwihom f’ diversi kuncerti. Kien l-ewwel surmast ta’ l-hekk imsejha kuncerti tal-pjanu tant li kiteb madwar 25 minnhom. Kiteb ukoll diversi sonatas u xoghlijiet ghall-kwartetti tal-korda. Fost l-40 sinfonija li kiteb, l-aktar popolari huma dawk li kiteb fl-ahhar ghaxar snin ta’ hajtu.
Fl-ahhar sena ta’ hajtu kkompona l-famuza opra Magic Flute u l-Messa de Requiem, xoghol korali li fiha tista’ tghid anticipa l-mewt tieghu stess, minhabba li lanqas lahaq spiccaha u komplieha wara mewtu l-alliev tieghu Sussmayr. Mozart kien l-aqwa kompozitur operistiku ta’ zmienu. Kemm l-opri komici u anke dawk klassici huma mmarkati b’ intensità drammatika mill-aqwa. Mifni bil-mard u bit-tbatija tax-xoghol, Wolfgang Amadeus Mozart miet nhar is 27 ta’ Jannar 1791, fl-età tenera ta’ 35 sena. Bhalma ghex ta’ fqir, hekk wara mewtu difnuh f’qabar komuni, qalb it-tallaba. Mhux hekk imma l-muzika tieghu, li baqghet tigi apprezzata dejjem izjed mal-mixja taz-zmien u li ghamlet lil Mozart fost l-aqwa kompozituri li qatt dehru taht il-kappa tax-xemx.
Min jaf, kieku l-Mulej silfu aktar ghomor, kemm kien jaghtina aktar kapolavuri.