Mill-Kazin

120 Sena mill-Purcissjoni ta’ San Duminku tal-Belt Valletta. Twaqqif jew re-Introduzzjoni?
Wednesday, April 12, 2006

 

(Dan li gej huwa traduzzjoni ta’ artiklu ricerkat li l-membru tas-Socjetà taghna, Alfred Grixti, kellu ppublikat fis-Sunday Times propju nhar il-festa ta’ din is-sena, jigifieri, il-Hadd 31 ta’ Lulju, 2005)


 


Meta llejla d-Duminkani Beltin jingemghu fil-knisja maestuza taghhom u l-madwar taghha biex bi stennija herqana ghall-purcissjoni bl-istatwa titulari ta’ San Duminku, din tkun il-120 darba li jkunu qed jaghmlu hekk.


 


Dan huwa dovut ghall-fatt li l-ewwel tali purcissjoni fiz-zminijiet moderni saret nhar l-4 ta’ Awwissu, 1885. L-ghan tieghi f’ dan l-artiklu qasir, billi jien m’iniex storiku, huwa li nitfa’ ftit dawl fuq kif u ghaliex gara dan.  Minn dak li sibt dwar din il-grajja, huwa car li minn barra l-patrijiet Duminkani f’ dak iz-zmien, kien hemm zewg protagonisti ewlenin marbutin mat-talba biex tigi introdotta l-purcissjoni ta’ San Duminku fl-1885. Bhalma jigri s-soltu f’Malta kienu jirraprezentaw l-awtortiajiet civili u ekklezjastici rispettivament.


 


Kif Kienet Organizzata l-Purçissjoni


 


Pittura fuq il-bieb tas-sagristija fis-sagristija l-kbira tal-Bazilika u Knisja Matrici Principali ta’ Sidtna Marija tal-Portu Salvu u San Duminku mill-ewwel tispjega kif kienet organizzata l-purcissjoni ghall-ewwel darba. Il-pittura tirraprezenta lill-Isqof Kappucin Fra Anton Maria Buhagiar li, dak iz-zmien, kien l-Amministratur Appostoliku tad-Djocesi ta’ Malta.  L-iskrizzjoni bil-Latin taht il-pittura tghid li l-Patrijiet Dumnikani kienu kkumissjonawha biex jesprimu l-hajr taghhom lill-Isqof Buhagiar talli laqa’ t-talba taghhom (… solemnem supplicationem …) biex jorganizzaw il-purcissjoni (… in honorem Patriarche Sancti Dominici quotantis per vias pubblicas habere posse constitutit …) nhar il-Festa ta’ San Duminku li, dak iz-zmien, kienet tigi ccelebrata fil-jum propju taghha, l-4 ta’ Awwissu.  Mhux wisq aktar huwa maghruf jew miktub dwar din il-grajja. Fil-fatt, il-mibki u eminenti storiku Professur P. Andrew Vella OP, S.Th.M., B. Litt (Oxon) ma jirriferix ghal din il-grajja fil-monografija tieghu Il-Parrocca tal- Portu Salvu u San Duminku 1571 – 1971; (Stamperija Nazzjonali, 1971), liema ktieb kien gie mitbugh biex jitfakkar r-raba’ centinarju mit-twaqqif  tal-parrocca. Lanqas ma hemm referenza ghal din il-grajja fil-fuljett li kien gie mahrug ghal din l-istess okkazjoni fejn huma migbura, f’forma ta’ puntini, l-aktar dati importanti fl-istorja tal-parrocca. Bl-istess mod lanqas ma hemm referenza ghall-istituzzjoni tal-purcissjoni ta’ San Duminku filkontribuzzjoni ta’ Ivan D. Aquilina, li bazikament jigbor fil-qosor ix-xoghol tal-Prof Vella, fil-pubblikazzjoni tal-PIN Il-Knejjes Parrokkjali Maltin u l- Festi Taghhom, Vol III (PIN, Stamperija Indipendenza, Malta, 1994).  L-unika referenza pubblikata ghall-Isqof Buhagiar hija fl-ewwel volum tal-pubblikazzjoni kbira tal-PIN Tezori fil-Knejjes Maltin (PIN, Stamperija Indipendenza, Malta, 2002) ta’ Tony Terribile. F’dan il-volum Terribile jiddeskrivi l-pitturi li hemm fis-Sagristija u jispejga s-sehem tal-Isqof  Buhagiar fit-twaqqif tal-purcissjoni ta’ San Duminku fil-Belt fl-1885.


 


“Permission Granted”


 


L-ewwel ricerka ppubblikata ghal din il-grajja, li jien almenu sibt, hija f’ artikolett tal-abbli storiku s-Sur Winston L. Zammit fil-Programm tal-Festa tal-1995 li kien stampat fl-Istamperija Peresso ta’ 171, Triq il-Merkanti, ghall-Ghaqda Festi Esterni Duminkani Beltin. L-artikolett ta’ Zammit jismu  Il-Festa ta’ San Duminku fil-Belt Valletta fl-1885.  Fih Zammit jghid li l-purcissjoni regghet saret wara li kienet waqfet ghal xi zmien. Izda ma jispjegax u ma jaghtix dettalji ghala kienet waqfet il-puricissjoni.  Zammit jistqarr li sal-1884 il-Patrijiet Duminkani kienu jiccelebraw il-festa tal-fundatur taghhom minghajr ma jaghmlu purcissjoni u li l-unici festi esterni kienu il-mixeghla tat-toroq, loghob tan-nar, u l-parteçipazzjoni  tal-Banda King’s Own, dak iz-zmien maghrufa bhala La Nazionale Vincitrice.  Zammit ikompli jghid li, bla dubbju, d-Duminkani l-ewwel gabu l-permess ta’ l-Isqof Buhagiar biex jaghmlu l-purcissjoni u mbaghad ghamlu petizzjoni lill-Gvernatur, Sir John Lintorn Simmons, biex jiksbu l-permess mill-awtoritajiet civili biex jaghmlu purcissjoni f’gieh il-patrun tal-parrocca  taghhom, bhalma kienu jaghmlu parrocci ohra f’ Malta w Ghawdex.  Meta wiehed jaqra l-artiklu ta’ Zammit ma jistax ma jintebahx li l-patrijiet Duminkani kienu ilhom ghaddejn b’hidma minn wara l-kwinti biex jilhqu l-ghan taghhom. Fil-fatt, skond Zammit, il-patrijiet kitbu lill-Gvernatur fl- 20 ta’ Lulju, 1885, jigifieri bi-lkemm hmistax qabel nhar il-festa. Il-Gvernatur mill-ewwel beda jahdem fuq il-kwistjoni u dak in-nhar stess talab lill-pulizija ghall-fehma taghhom dwar din it-talba. Zammit izid jghid li fil-frattemp il-Gvernatur ikkonsulta wkoll lill-Isqof Buhagiar dwar din il-materja.  Il-pulizija wiegbu tlett ijiem wara, fit-23 ta’ Lulju, 1885 fejn qalu li ma


kienx hemm oggezzjoni. Zammit ikompli li l-Gvernatur, ghalhekk, ikkonkluda l-kwistjoni billi dak in-nhar stess kiteb fil-fajl: “Permission may be granted.” – Il-permess jista’ jinghata.  Il-Gvernatur Lintorn Simmons mill-ewwel imbaghad ordna lil-logutenent gvernatur u segretarju ewlieni, Walter Hely Hutchinson, biex jgharraf lill-Isqof u lill-Patrijiet Dumnikani permezz ta’ ittri separati li l-purcissjoni setghet issir.


Fl-ahharnett, Zammit jghid li kien ghalhekk li l-Isqof Buhagiar mexxa l-purcissjoni bl-istatwa titulari ta’ San Duminku nhar l-4 ta’ Awwissu, 1885.


 


Ir-Rendikont tal-1687


 


Il-fehma ta’ Zammit li l-purcissjoni kienet ri-introdotta wara li kienet twaqqfet ghal xi zmien hija msahha mill-kronista habrieki tal-Parrocca Dumnikana tal-Belt, il-mibki Rev. P. Filipp Mallia OP, S.Th. L & D, Pred.  Gen. f’ artiklu ferm ricerkat li kien ippubblikat fil-programm tal-festa tal-1991.  L-ghan ta’ P. Filipp f’dan l-artiklu kien li jixhet ftit dawl fuq il-misteru dwar l-identità ta’ min hadem dan il-kapolavur fl-injam li huwa l-vara titulari ta’ San Duminku u minn fejn gie. Sfortunatament, P. Filipp jammetti li, ghalkemm, fittex hafna ma seta’ jsib l-ebda dokument li juri min hadem din l-istatwa majestuza.  Minkejja dan, izda, P. Filipp, kiteb li t-tfittxija tieghu fl-arkiviji tal-kunvent juru li minn Awwissu 1687 ‘l quddiem ir-rendikonti tal-infieq tal-kunvent jitkellmu dwar hlas lir-reffiegha biex iqieghdu l-vara fil-knisja, jerfghuha fil-purcissjoni u jgibuha lura l-knisja – dedi tari uno e grani dieci per portare e riportare la vara. Dan huwa sewwa sew 198 sena qabel l-avvenimenti tal-1885.  Billi l-ghan ta’ P. Filipp kien li jipprova jasal biex jistabbilixxi min naqqax il-vara ta’ San Duminku ma jidholx fil-kwistjoni dwar il-purcissjoni. Jghid, izda, li fl-1823, jigifieri wara li l-knisja attwali kienet regghet inbniet fuq il-fdalijiet ta’ dik ta’ qabilha u mbierka fl-1815, il-Komunità Dumnikana ta’ dak iz-zmien kienu qabbdu lill-maghruf skultur Sigismondo Dimech biex jaghmel erba’ putti ghall-erba’ skrolli tal-pedistall tal-vara. Il-patrijiet, skond, P. Mallia, qabbdu wkoll lill-pittur Giuseppe Thew, biex jizbogh il- vara mill-gdid. Ir-riferenza ghall-bini mill-gdid tal-knisja hija ghall-perjodu bejn l-1780 u l-1815 meta, skond il-W.R. Prof. Indri Vella, il-knisja kellha tinhatt u terga’ tinbena ghax kienet fi stat perikoluz. Il-Prof Vella jispjega wkoll li l-bini mill-gdid kien mizmum lura kemm


ghax kien hemm il-biza’ li meta tinhatt il-kannierja dan johloq periklu ghas-sahha pubblika u kemm ghax il-patrijiet sfaw arrestati u mcahhda mill-propjetà u l-beni taghhom waqt il-hakma Franciza fil-Belt Valletta.  Ghall-ghanijiet ta’ din il-kitba allura, dan il-perjodu ta’ bejn l-1780 u l- 1815 jista’ jispejga ghalfejn il-purcissjoni bil-vara ta’ San Duminku, attribwita minn P. Filipp Mallia lill-ahwa Melchiorre u Lorenzo Gafà, kienet twaqqfet u ghalfejn skond is-Sur Winston Zammit re-istitwita fl-1885.  Hu x’inhu l-kaz, kulhadd huwa mistieden biex ikun maghna llejla fil-Belt kemm biex japprezza s-sbuhija tal-Knisja taghna u kemm biex jara b’liema hegga d-Dumnikani Beltin jiehdu sehem fil-purcissjoni f’gieh il-patrun  taghhom, San Duminku.